Hekk kif bħalissa ninsabu f”nofs ix-xahar sajfi ta’ Lulju, Malta t-Tlieta wara nofshinar esperjenzat ħalba xita f’diversi lokalitajiet.
Kienu ħafna li qalu li din kienet barka minn Alla hekk kif dan il-ftit riħ u xita qed itaffi naqra mis-sħana enormi li ħakmet lil pajjiżna f’dawn l-aħħar jiem.