Il-Pulizija qiegħda tavża lis-sewwieqa sabiex jevitaw Triq Valletta, il-Mosta, direzzjoni li tagħti lejn Ħal Lija.
Dan għaliex bħalissa hemm korsija magħluqa kawża ta’ inċident tat-traffiku li seħħ ftit tal-ħin ilu.
Jidher li raġel kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur tiegħu. L-istess raġel ittieħed l-isptar imma s’issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.