BIL-FILMATI: Il-Pulizija tarresta raġel waqt hold-up f’ħanut fil-Gżira – One News

BIL-FILMATI: Il-Pulizija tarresta raġel waqt hold-up f’ħanut fil-Gżira

Il-pulizija hi rrapurtatha li solviet arrentat ta’ hold-up li kien se jitwettaq minn stabbiliment tal-Convenience fi Triq Rue D’Argens fil-Gżira.

ONE News hu infurmat li diversi taqsimiet tar-Rapid Intervention Unit (RIU) laħqu intervjenew fil-pront, tant li laħqu daħlu armati fl-istabbiliment fejn irnexxielhom jarrestaw persuna li allegatament kien qed iwettaq is-serqa.

Ir-raġel ġie arrestat fuq il-post u rreżista l-arrest b’għajjat u tgħajjir fil-konfront tal-pulizija.

Barra l-ħanut inġabru bost persuni li segwew il-ħidma professjonali tal-pulizija. Huma ċapċpu u xi nies dehru jirringrazzjaw lill-pulizija tal-intervent tagħhom u talli jħarsu lilna ċ-ċittadini.

Ritratti u Filmati: Nicole Buttigieg

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend