Tork ta’ 54 sena li jinsab arrestat, żelaq fuq xi ilma li waqqa’ hu stess wara li kien uża s-sink li hemm fl-istess ċella li qed fiha fil-lock up tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.
Konsegwenza ta’ dan, it-Tork ġarrab ġrieħi f’irkopptu. Il-każ ġara għall-ħabta ta’ 11.45.
Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.