Mara ta’ 69 sena minn Tas-Sliema ndarbet gravi wara li s-Sibt filgħaxija ntlaqtet minn karozza f’Tas-Sliema stess.
Il-każ seħħ għal ħabta tal-17:30 meta karozza tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn raġel Libjan ta’ 51 sena residenti Tas-Sliema wkoll għal xi raġuni laqat lil mara.
Minnufih marru l-Pulizija tad-distrett flimkien ma’ tim mediku li ħa lill-mara l-Isptar Mater Dei għal kura.
Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed issoffri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin