ARA: Jekk Von Der Leyen ma tkunx approvata, il-mexxejja tal-pajjiżi membri jridu jagħżlu isem ieħor – One News

Notifiki

ARA: Jekk Von Der Leyen ma tkunx approvata, il-mexxejja tal-pajjiżi membri jridu jagħżlu isem ieħor

Nhar it-Tlieta l-Membri tal-Parlament Ewropew se jivvutaw dwar Ursula Von der Leyen f’vot sigriet. Artiklu li deher fil-gazzetta Kullħadd spjega li  fi Brussell għadha qed tirrenja ċerta inċertezza dwar kemm in-nominata għall-President tal-Kummissjoni Ewropea tista’ tikseb il-maġġoranza meħtieġa. Dan minkejja li diversi analisti tal-politika Ewropea jgħidu li tista’ tagħmilha bi żbrixx. Ursula Von der Leyen hija l-Ministru tad-Difiża Ġermaniża, għandha sittin sena, u kienet l-għażla tal-mexxejja Ewropej wara jiem ta’ negozjati.   Hija se tkun l-ewwel mara li tmexxi l-Kummissjoni Ewropea.

Iżda, jekk ma tkunx din ma tkunx approvata, tkun daqqa ta’ ħarta għall-kredibbiltà tal-Unjoni Ewropea. Nhar it-Tlieta stess Von der Leyen mistennija tindirizza l-Membri tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu. Biex tgħaddi trid total ta’ 374 vot mit-total ta’ 747 li bħalissa jagħmlu l-Parlament Ewropew. 

Il-Kullħadd  żiedet tispjega li Von der Leyen tista’ serraħ rasha mill-vot tal-MEPs tal-Partit Popolari Ewropew, għalkemm il-ħodor u l-grupp tax-xellug magħruf bħala GUE-NGL ddeċidew li ma jappoġġjawhiex. Dawn għandhom 115-il membru.  Is-Soċjalisti u d-Demokratiċi għandhom 153 siġġu u l-liberali 108 siġġijiet. S’issa għad hemm inċertezza dwar kemm se tingħata appoġġ minn dawn il-gruppi għalkemm l-appoġġ tagħhom jista’ jkun kruċjali.

Jekk Von Der Leyen ma tkunx approvata, il-mexxejja tal-pajjiżi membri jkunu jridu joħorġu b’isem ieħor, u għal dan ikollhom xahar ċans.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend