Anthony Debono magħruf bħala Tony Scott, miet fl-età ta’ 68 sena.
Debono kien mużiċist u producer mużikali, b’xogħol anke fix-xena internzzjonali. Ikkollabora u ħadem mużika oriġinali ma’ bosta artisti Maltin u li żgur ħafna ser iħossu n-nuqqas tiegħu.
Għal snin sħaħ Debono sofra minn diversi sfidi f’saħħtu.
Il-kantanta Isadora Debono esprimiet il-vojt li qed tħoss fejn saħqet li tixtieq li dan li ġara ma seħħx fil-fatt.