Żagħżugħ ta’ 18 –il sena ndarab gravi wara li waqa’ minn fuq ċint għoli sular għall-ħabta tas-5:45 ta’ dalgħodu fi Triq Birkirkara, f’San Ġwann.
L-inċident seħħ ħdejn il-pixxina tal-komun li hemm fi blokka appartamenti.
Fuq il-post tal-inċident immedjatament issejjħet ambulanza b’tim mediku li ħadet liż-żagħżugħ Taljan l-isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.