Ġiet irreġistrata theżżiża qrib Malta ta’ qawwa 4.7 fuq l-Iskala Richter.
Din ġiet irreġistrata għall-ħabta tat-7:44 ta’ dalgħodu mis-Seismic Monitoring & Research Group fi ħdan l-Università ta’ Malta.
It-theżżiża seħħet 140’ mil nawtiku ‘l bogħod mill-gżejjer Maltin.