Il-Prim Ministru l-ġdid tal-Greċja mill-partit taċ-Ċentru Lemin ħalef li l-pajjiż se “jerġa’ jgħolli rasu kburi” wara li rebaħ l-elezzjoni b’maġġoranza assoluta.
Kyriakos Mitsotakis qal li se jaħdem qatigħ biex jonora t-tama tal-poplu Grieg.
Ir-rebħa seħħet erba’ snin wara li l-partit tax-xellug rebaħ b’Alexis Tsipras fejn kien wiegħed li se jwaqqaf l-awsterità.