Tħabbret il-mewt taċ-ċkejken Zak.
Zak kien tifel ta’ seba’ snin li għal dawn l-aħħar snin kien f’battalja kontra l-kanċer wara li ommu u missieru ngħataw l-aħbar kerha li kellu tumur f’rasu bit-tobba jgħidulhom li ma setgħet issirlu ebda operazzjoni biex dan jitneħħielu.
Minkejja din l-aħbar il-ġenituri ta’ Zak ma qatgħux qalbhom u tul dawn is-snin ħadmu qatigħ biex jipprovaw isibu solluzzjoni u fejqan għaċ-ċkejken tagħhom.
Iżda sfortunatament, ilbieraħ filgħaxija tħabbar li Zak ħalla din id-dinja bil-ġenituri jappellaw li kull min se jattendi għall-funeral m’għandux jilbes l-iswed.
Zak se jkun qed jingħata l-aħħar tislima għada fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan fid-9:00 ta’ filgħodu.