Plejer Ingliż jixtri ritratt mingħand fotografu li jgħix Malta – One News

Notifiki

Plejer Ingliż jixtri ritratt mingħand fotografu li jgħix Malta

Plejer tal-Premier Ingliż li jilgħab mat-tim tal-football Watford xtara ritratt tan-natura mingħand fotografu Żvediż li ilu jgħix Malta għal dawn l-aħħar sbatax-il sena.

Johan Siggesson, isiefer madwar id-dinja sabiex jiġbed ritratti ta’ annimali salvaġġi. Sentejn ilu huwa mar il-Ġappun u ġibed ritratt ta’ speċi tax-xadini indiġeni fil-Ġappun. B’dan ir-ritratt huwa rebaħ ukoll l-premju tal-aqwa Travel Photographer tas-sena elfejn u sbatax fir-Renju Unit.

Iżda dan ir-ritratt ġibed l-għajn ta’ plejer żagħżugħ tal-Premier Ingliż, li minkejja li ma jistax jgħidilna ismu, huwa xtara dan ir-ritratt dettaljat għal prezz ta’ ftit aktar minn elf ewro.

Siggesson jistqarr kif l-imħabba lejn il-fotografija bdiet b’passatemp fl-elfejn u tmienja. Maż-żmien beda jsiefer madwar id-dinja fosthom mar fil-kontinent Afrikan.

Jgħidilna li minn passatemp, il-fotografija sar ix-xogħol tiegħu li minnu jaqla’ x’jiekol. Fi ħdax-il sena qal li ġibed aktar minn mija u sittin elf ritratt.

Siggesson qiegħed juża l-esperjenza tiegħu sabiex isservi ta’ gwida għal fotografi li qegħdin imorru jieħdu ritratti madwar id-dinja f’postijiet fejn in-natura turi l-aqwa tagħha.

Filfatt huwa qiegħed jaħdem ma’ kumpanija Amerikana u Żvediża dwar dan.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend