Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qiegħda tinforma lill-pubbliku li Triq l-Għaxra ta’ Settembru 1797, Żabbar direzzjoni Bulebel, se tingħalaq għat-traffiku għal 24 siegħa, nhar it-Tlieta 9 ta’ Lulju mid-9 ta’ filgħodu.
Dan qed isir minħabba xogħol ta’ mmodernizzar u tkabbir fis-sistema tal-provista tal-ilma.
Fi stqarrija l-Korporazzjoni qalet li kawża ta’ dawn ix-xogħolijiet irħula u bliet lejn il- Fgura, Kottonera, Kalkara, Żabbar, Xgħajra, M’Skala u ż-żona Industrijali ta’ Bulebel ser jintlaqtu minn sospenzjoni fil-provista tal-ilma.
Dan il-qtugħ temporanju ser jibda nhar it-Tlieta 9 ta’ Lulju, mid-9 ta’ filgħaxija u jdum sal-għada l-Erbgħa fis-6 ta’ filgħaxija.