Is-Segretarju Ġenerali Nazzjonalista Clyde Puli m’huwiex mistenni li jerġa’ jikkontesta l-kariga fl-elezzjoni interna ta’ Novembru li ġej.
Sorsi fil-Partit li tkellmu mat-Times of Malta spjegaw li Puli għamilha ċara li jrid jiffoka fuq il-ħidma fid-distrett.
Dan hekk kif fl-aħħar elezzjoni ġenerali huwa kien bata’ mhux ftit biex jiġi elett. Qed jiġi kkunsidrat ukoll il-fatt li bl-assoċjazzjoni tiegħu fi tmexxija li ġarrbet l-agħar żewġ telfiet fl-istorja, huwa kompla jnaqqas mill-popolarità tiegħu man-Nazzjonalisti.
Eżempju ta’ dan huwa l-mod ta’ kif ipprova jiġġustifika t-telfiet f’Mejju li għadda billi qal li s-surveys bassru telfiet akbar minn dik li nkisbet.