L-uffiċjali tal-infurzar fid-Dipartiment tad-Dwana dalgħodu kkonfiskaw kważi 22,000 sigarett tal-kuntrabandu f’garaxx fil-Fgura.
Fi stqarrija, id-Dipartiment tad-Dwana qal li s-sigaretti tal-kutrabandu nstabu moħbija f’garaxx li qiegħed jintuża bħala maħżen. Id-Dwana żiedet tgħid li l-garaxx huwa ta’ sid ta’ bar fil-Ħamrun.
Żied jingħad li fit-tfittxija li saret, l-uffiċjali tad-Dwana elevaw 21,620 sigarett li s-sid tal-istabbiliment seta’ ffranka b’aktar minn €5,000 f’taxxi.
Id-Dwana żiedet tgħid li s-sigaretti li ma jinbiegħux f’Malta ġew ikkonfiskati sakemm jintemmu l-investigazzjonijiet.