Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien viċin ħafna li jsir President tal-Kunsill Ewropew hekk kif wara jumejn fejn ma kienx hemm qbil dwar min se jieħu t-tmexxija tal-Unjoni Ewropea, kien hemm żewġ ftehimiet li ġew ippreżentati għall-għażla.
Joseph Muscat kien qed jissemma bħala wieħed minn grupp fejn il-President tal-Kummissjoni Ewropea seta’ kien Michel Barnier mill-Popolari, il-President tal-Kunsill Ewropew Joseph Muscat mis-Socjalisti, Margaret Vestagher bħala Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin mil-Liberali u Manfred Weber bħala President tal-Parlament Ewropew.
Dan l-ewwel pakkett kien imbuttat l-aktar minn Franza.
Li kieku ntgħażel il-Prim Ministru Joseph Muscat bħala President tal-Kunsill Ewropew, kien ikollu jirreżenja minn Prim Ministru sal-aħħar t’Ottubru li ġej.
Il-Prim Ministru issa ma huwa marbut mal-ebda data u jista’ jibqa’ fil-kariga sal-elezzjoni li ġejja.