Qeleb għall-aħjar ir-raġel ta’ 45 sena li kien fil-periklu tal-mewt waqt li kien qed jgħum f’Tas-Sliema.
Ir-raġel ittieħed l-isptar b’urġenza wara li kmieni l-Ħadd filgħodu sab ruħu f’diffikultà waqt li kienet qed jgħum f’Tas-Sliema. Hu ttella’ mill-baħar minn nies li kienu fil-viċinanzi u ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura.
Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Dr. J. Mifsud LL.D li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
Intant fi stqarrija, l-Malta Red Cross qalet li il-jum tal-Ħadd mistenni jkun karatterizzat minn riħ b’qawwa ta’ forza 4 minn naħa tal-Lvant liema riħ qed jaffettwa ż-żoni ta’ Ta’ Sliema u l-Qawra. Fl-istess waqt bajjiet fuq in-naħa l-oħra tal-kosta Maltija bħal Ġnejna, Għajn Tuffieħa, Golden Bay u Birżebbuġa huma aktar siguri ghall-għawm. Ir-riħ mistenni jikkalma aktar tard ilejla.
Ir-Red Cross stiednet lill-għawwiema sabiex jevitaw iż-żoni ta’ periklu sabiex igawdu l-aħħar jum ta’ Ġunju f’aktar sigurtà.