Għexieren ta’ ħlejqiet, fosthom kamaleonte, jinħarqu fin-nirien li ħakmu l-Miżieb – One News

Notifiki

Għexieren ta’ ħlejqiet, fosthom kamaleonte, jinħarqu fin-nirien li ħakmu l-Miżieb

Għexieren ta’ ħlejqiet, li kienu jqisu l-Miżieb bħala d-dar naturali tagħhom, tilfu ħajjithom wara li nħarqu ħajjin fin-nirien li ħakmu l-Miżieb. 

Fost il-ħlejqiet li nħarqu, fir-ritratt jidher kalamajonte li kellu destin kiefer hekk kif spiċċa maħruq ħaj fin-nirien.

Kien proprju ftit tal-jiem ilu li nirien qawwija ħakmu l-Miżieb, fl-inħawi tal-Mellieħa, fejn numru kbir ta’ pumpiera qattgħu sigħat twal jissieltu man-nirien biex jikkontrollawhom.

Fortunatament ebda persuna ma ndarbet f’dan l-inċident, iżda ma jistax jingħad l-istess għall-ħlejqiet li kienu jgħixu f’dan il-masġar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend