Valdas Martinaitis, ta’ 28 sena mil-Litwanja, inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li wettaq serqa minn appartament f’Tas-Sliema f’Novembru.
Kien proprju arloġġ Rolex, li nstab fuq l-akkużat, li ġie rrapportat nieqes fl-istess serqa li wassal lill-akkużat biex jiġi arrestat u mressaq il-Qorti b’akkużi ġodda.
Hu kien diġà nżamm taħt arrest b’rabta ma’ akkużi oħrajn.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella żammet lill-akkużat taħt arrest.