Il-Ħadd filgħodu, fil-Knisja ta’ Santa Margerita fis-Sannat Għawdex ingħatat l-aħħar tislima lil Mark Bishop.
Bishop tilef ħajtu traġikament is-Sibt 15 ta’ Ġunju kmieni filgħodu fil-Wied tal-Imsida direzzjoni lejn Birkirkara, meta għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u daħal fi trakk li kien ipparkjat fl-istess triq.
Fi knisja kkulurita, Bishop ingħata l-aħħar tislima, filwaqt li kien akkumpanjat minn diversi muturi – xi ħaġa li kienet għal qalbu.
Waqt din l-aħħar tislima, it-tfal ta’ Mark Bishop kantaw waqt il-quddiesa, filwaqt martu qrat ittra emozzjonali indirizzata lejh.