Imħabbra l-isfida tal-LifeCycle għal din is-sena – One News

Notifiki

Imħabbra l-isfida tal-LifeCycle għal din is-sena

Madwar 130 pazjent li qed jistennew trapjant tal-kliewi qed ikunu monitorjati permezz ta’ soluzzjoni ta’ software bl-isem ta’ Traccia, li jinsab fl-isptar Mater Dei.

Traccia hu programm ta’ database li jżomm l-informazzjoni kollha rigward il-lista ta’ stennija tal-pazjenti. Din is-sistema zzomi d-data u tagħti punti skont iż-żmien ta’ stennija, tqabbil tal-età, tqabbil tal-human tissue typing, sejbiet kliniċi u n-nuqqas ta’ aċċess, fost oħrajn. Din is-sistema awtomatikament issib kemm jista’ jkun qbil bejn il-pazjent u d-donnatur, sabiex il-kilwa mogħtija mid-donatur ikollu aktar ċansijiet ta’ suċċess.

Din is-sistema ġiet introdotta sentejn ilu, fejn 32 pazjent irċievew trapjant ta’ kilwa wara li l-kompożizzjoni tad-demm tagħhom instab li kien kompattibli mal-organu mogħti. 10 donazzjonijiet tal-kliewi kienu minn donaturi ħajjin, filwaqt li 22 minn donaturi mejta.

Għat-tielet sena konsekuttiva, il-Fondazzjoni LifeCycle Malta qed iġġedded il-ftehim ta’ sponsorship mal-Ministeru tas-Saħħa. Il-Fundatur ta’ LifeCycle Malta Alan Curry ippreżenta d-donazzjonali annwali ta’ €10,000 lill-Kap tat-Taqsima tal-Kliewi, il-Professur Emanuel Farrugia. Bil-flus mogħtija se jmorru għall-manutenzjoni tal-programm Traccia.

Il-Fondazzjoni LifeCycle Malta għal sena oħra se jkunu qegħdin jagħmlu l-avventura annwali tagħhom, fejn din is-sena l-parteċipanti se jkunu qed jaqdfu bir-roti għal 2,000 km. In-Nescafé 3in1 LifeCycle Challenge 2019 se tkun qed tibda mill-Vjetnam u jkomplu jen Laos imbagħad ikomplu lejn il-Kambodja. L-isfida tintemm ħdejn it-Tempji ta’ Angkor Wat, li hija wirt patrimonju tal-umanità tal-UNESCO u waħda mill-meravilji fid-dinja.

Wieħed jista’ jara l-avventura tal-Lifecycle Malta fuq is-sit: www.lifecyclefoundation.com jew inkella fuq Facebook: https://www.facebook.com/LifeCycleChallenge/

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend