Skont rapporti fil-midja Amerikana, Donald Trump biddel fehemtu wara li l-Ħamis kien diġà approva li jsiru għadd ta’ attakki ta’ ritaljazzjoni militari kontra l-Iran.
Huwa allegat li l-operazzjoni ta’ attakki kienet għadha fil-bidu meta l-President Amerikan biddel fehmtu u waqqaf is-suldati Amerikani milli tipproċedi. Dawn l-attakki kienu se jitwettqu bħala ritaljazzjoni kontra l-Iran meta matul il-jum, l-Iranjani sparaw fuq drone li kien qed jintuża għall-ispjunaġġ mill-Amerikani.
Dan l-inċident seħħ fi żmien fejn it-tensjoni bejn iż-żewġ pajjiżi qed tkompli tikber. Il-President Russu, Vladimir Putin wissa li gwerra bejn l-Istati Uniti u l-Iran tkun katastrofika b’konsegwenzi imprevedibbli.