Adrian Delia ma jitwemminx.
Hekk iddikjaraw d-deputati nazzjonalisti li tkellmu ma’ The Times of Malta.
Fil-laqgħa tal-grupp parlamentari aktar minn għaxar d-deputati Nazzjonalisti talbu lill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia biex jirriżenja jew inkella jitlob vot ta’ fiduċja fit-tmexxija tiegħu mill-kunsill ġenerali.
Il-fazzjoni tal-eks kap nazzjonalista Simon Busuttil qiegħda tattakka l-kredibilità tal-Kap Nazzjonalista u takkużah b’gideb. Sostnew li Delia gideb meta fi tmiem il-laqgħa tal-grupp parlamentari mal-ġurnalisti qal li ħadd mid-deputati ma talbu jirrizenja.
Izda deputati nazzjonalisti li kienu għal-laqgħa tal-grupp parlamentari u li tkellmu ma’ The Times, qalu li ma setgħux jemmnu lil widnejhom meta semgħuh jagħmel din id-dikjarazzjoni.
Id-deputati li tkellmu mat-Times qalu li kien hemm numru ta’ deputati li lil Adrian Delia qalulu li bih fit-tmexxija, il-Partit Nazzjonalista qatt ma jista’ jiġi elett u li l-pass loġiku huwa li jirriżenja fl-aħjar interess tal-Partit Nazzjonalista.
Bil-kundizzjoni li jibqgħu anonimi qalu li fin-nofs hemm il-futur tal-Partit Nazzjonalista, u bid-dellijiet li jġorr huwa evidenti li l-Partit Nazzjonalista mhu se jasal imkien.
“Nhar it-Tlieta, deputat wieħed wara l-ieħor b’mod dirett qal lil Adrian Delia li għandu jitlaq” qal wieħed mid-deputati Nazzjonalisti.
It-Times irrappurtat li Adrian Delia injora s-sejħiet li kellu f’dawn l-aħħar zewġ laqgħat fosthom kien hemm deputati li qalulu li għandu jirrifleti u jikkonsulta sabiex jieħu deċiżjoni dwar il-ġejjieni tiegħu.
Quddiem dawn is-sejħiet, kienu biss zewġ deputati nazzjonalisti li ddefendew lil Delia u qalu li għandu jibqa.
Izda d-deputati li tkellmu mat-Times qalu li Delia huwa d-deċiz li jibqa’, u għaldaqstant issa jriduh li jitlob vot ta’ fiduċja.
Deputat nazzjonalista wera l-frustrazzjoni tiegħu li reġgħu koppi għax Delia naqas milli jagħmel l-iktar ħaġa onorabbli u jżarma.
“Issa aħna ddeċidejna li se nippruvaw nisfurzawh biex jitlaq jew inkella nħalluh jegħreq sal-elezzjoni ġenerali. F’dak il-kaz il-partit nazzjonalista se jkompli jsofri” qal deputat ieħor Nazzjonalista.