Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovritendenza tas-Saħħa Pubblika, fi stqarrija, avża li ż-żona tal-għawm f’San Ġiljan, faċċata ta’ Triq Wilġa se tkun qed tinfetaħ mill-ġdid.
Din l-isqarrija ħarġet wara xi ġimgħat ilu, l-istess Direttorat ħareġ avviż sabiex ma jsirx għawm f’din il-bajja.
Iżda wara li ttieħdu diversi kampjuni tal-baħar tul dawn l-aħħar jiem, iż-żona ġiet iċċertifikata li hija tajba għall-għawn u għalhekk l-avviż kontra l-għawm f’din il-bajja qed jiġi rtirat.