Kien għall-ħabta ta’ ħdax u għoxrin tat-Tnejn filgħaxija li l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ħareġ mid-Dar Ċentrali wara li laqgħa tal-eżekuttiv ntemmet ħesrem.
Hawnhekk il-partitarji Nazzjonalisti, li jappoġjaw lil Delia nfexxew jgħajtu favur il-Kap Nazzjonalista.
Delia ħareġ bi tbissima fuq fommu, iżda l-esponenti tal-fazzjoni tal-eks kap Simon Busuttil ħarġu rrabjati.
L-ewwel wieħed li ħareġ kien l-ewroparlamentari David Casa, li qam u telaq ‘il barra mill-laqgħa tal-ezekuttiv. Fejn huwa wieġeb biss b’good night.
Warajh ħareġ Simon Busuttil akkumpanjat mid-Deputat Karol Aquilina. Simon Busuttil beda jiddejjaq mill-partitarji ta’ Delia li kienu barra Dar Ċentrali. Hawnhekk Karol Aquilina wasslu sal-karozza u reġa’ deher dieħel fid-Dar Ċentrali.
Jason Azzopardi għażel li ma jikkummentax.
Lil Adrian Delia staqsejnih għalxiex dawn id-deputati ħarġu irrabjati mil-laqgħa tal-eżekuttiv, b’Delia jgħid li hu mhux irrabjat.
“Jien ma ħriġtx irrabjat. Saqsi lilhom. Jien direzzjoni ċara għandi.”
Anki jekk il-laqgħa kienet taħraq, Delia ma talabx vot ta’ fiduċja.
Kien biss id-deputat Carm Mifsud Bonnici li ħareġ jiddefendi lil Delia u qal li m’għandux jirrizenja. Huwa għamel hekk billi qal “hux x’jirrenżja”.