L-Argentina u l-Urugwaj tħallew bla elettriku wara problemi li żviluppaw fis-sistema tal-interconnector.
Il-kumpanija Edusur, li tissuplixxi l-elettriku f’dawn iż-żewġ pajjiżi, ikkonfermat din il-ħsara fuq Twitter.
Intqal kif l-Arġentina tinsab taħt ‘blackout’ li qed jaffettwa wkoll l-Urugwaj.
Il-waqfa tal-provista tal-elettrika bdiet għal ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu ħin lokali u qed taffetwa miljuni ta’ persuni.
Fi stqarrija mis-Segretarjat responsabbli mill-enerġija sagħtejn wara l-qtugħ tal-provista, ingħad li għadu mhux magħruf x’ikkawża dan il-qtguħ u skattat investigazzjoni.
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili tal-pajjiż qal ukoll li biex il-provista tal-elettriku terġa tiġi għan normal tista’ tieħu mill-anqas tmien siegħat. Hu mifhum ukoll li dan qed jaffetwa partijiet mill-Brażil.