Kontroll aktar strett mal-fruntiera ta’ bejn il-Veneżwela u l-Perù – One News

Notifiki

Kontroll aktar strett mal-fruntiera ta’ bejn il-Veneżwela u l-Perù

Eluf ta’ persuni minn Veneżwela ħaffulha biex jaqsmu l-Perù f’tentattiv biex jidħlu fil-pajjiż qabel ma daħlu fis-seħħ il-liġijiet iktar stretti dwar l-imigrazzjoni. Il-liġijiet il-ġodda li ġew introdotti llum, jgħidu li persuni mill-Veneżwela għandhom ikollhom passaport u viża biex jidħlu fil-Perù, għal kuntrarju, qabel it-tibdil fil-liġijiet, persuni mill-Veneżwela kien ikollhom bżonn karta tal-identità nazzjonali biss.

Persuna li kienet qed tivvjaġġa lejn il-fruntiera tat-tramuntana tal-Peru qalet li fil-Veneżwela huwa kważi impossibbli li jinkseb passaport.

Il-President tal-Perù, Martin Vizcarra, iddefenda r-restrizzjonijiet aktar stretti fuq l-imigrazzjoni. Huwa qal li l-Perù laqa’ aktar minn 800,000 persuna mill-Veneżwela. Vizcarra sostna wkoll li huwa ġust u loġiku biex l-immigranti jintalbu l-viża, biex jiżguraw kontoll aħjar ta’ persuni li jkunu se jidħlu fil-pajjiż.

Skont in-Nazzjonijiet Uniti, madwar erba’ miljun persuna telqu mill-Veneżwela. L-ekonomija falluta tal-pajjiż wassal għal qagħad għoli, nuqqas ta’ ikel u mediċina kif ukoll diversi persuni huwa fil-bżonn ta’ għajnuna umanitarja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend