Justin Degabriele ta’ 22 sena minn Ħal Tarxien ingħata tliet snin probation u ordni ta’ trattament biex jikontrolla aħjar ir-rabja tiegħu wara li kien akkużat b’agressjoni. Dan wara li l-Ħamis li għadda, Degabriele attakka raġel ieħor f’Raħal Ġdid u ġie akkużat li kkaġunalu ġrieħu gravi u li kien riċediv.
Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni għall-vittma.