Raġel ta’ 22 sena minn Ħaż-Żebbuġ qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ħabat ma’ karozza fl-inħawi tax-Xindi f’Ħaż-Żebbuġ stess.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:45 tas-Sibt filgħodu, meta l-vittma, li kien qed isuq mutur tal-għamla Yamaha MT-03, ħabat ma’ karozza tat-tip Toyota S-LN107 li kienet qed tinstaq minn Żebbuġi ta’ 75 sena. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.