Id-Deputati Nazzjonalisti taw ċans lill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia sal-Ħadd f’nofsinhar neqsin minuta (11.59) sabiex jgħid x’se jagħmel, wara li wassal lill-Partit Nazzjonalista għall-ikbar żewġ telfiet elettorali.
Bejn it-tlieta u l-erbgħa kmieni filgħodu fl-laqgħa taħraq tal-grupp parlamentari, d-Deputati Nazzjonalisti tal-fazzjoni tal-eks kap Simon Busuttil taw ċans lil Delia ftit ġranet u jgħidilhom x’se jagħmel.
Id-deputati ta’ Simon Busuttil jriduh ikun fost dawk li jerfgħu l-piż tat-telfiet elettorali fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali. Miegħu t-tmexxija, li tinkludi lil Clyde Puli u Pierre Portelli.
Intant, biex jipprova juri li għandu l-appoġġ tat-tesserati Adrian Delia mar jorganizza laqgħa għawdex biex jiltaqa’ mal-partitarji għawdxin.
Kienu biss mal-erbgħin persuna, ħafna minnhom Maltin li telgħu Għawdex biex Delia jidher li kellu l-appoġġ.
Waqt din il-laqgħa l-membri Nazzjonalisti li attendew għal-laqgħa urew ir-rabja tagħhom ma’ Delia fuq diversi temi.
Fosthom urew ir-rabja tagħhom għar-riżultati ħziena li kisbu l-midja tal-Partit Nazzjonalista skond l-istħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir.
Il-membri saqsew lil Delia kif l-media nazzjonalisti ġabu rizultat ħziena mill-istħarriġ meta hemm l-Kap tal-midja Pierre Portelli jitħallas salarji kbar.
Intant, l-membri taż-żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista li huma parti mill-MŻPN, ħarġu juru l-appoġġ tagħhom lejn l-MZPN. B’diversi żgħażagħ jiktbu I support MŻPN.
Bid-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina għamel like fuq Facebook lil waħda minn dawn iż-żgħażagħ.