Żewġ vetturi tat-tip Toyota Aygo u Hyundai i10 kienu involuti f’ħabta fil-Ħamrun.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:15 fi Triq il-Kbira fil-Ħamrun fejn fortunatament ħadd ma ndarab fl-inċident.
Fuq il-post issejħet ambulanza iżda ix-xufiera tal-vetturi rrifjutaw l-assistenza kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li taw l-ewwel għajnuna.