Ħamest ijiem wara li ġġarrfet binja ta’ erba’ appartamenti fil-Mellieħa, dalgħodu ġġarraf ħajt ta’ blokka ta’ apparatamenti li jinsab fi Triq Mimosa fil-Ħamrun.
Ritratti mibgħuta lil one.com.mt juru li l-ħajt imġarraf jagħmel parti minn blokka ta’ tliet apparatament li tmiss eżatt ma’ sit tal-kostruzzjoni.
one.com.mt jinsab informat li r-residenti fil-blokka ħarġu jiġru ‘l barra minn djarhom wara li semgħu ħoss kbir u l-art titriegħed. Jidher li l-ħajt li jagħmel minn parti minn kċina u salott tal-appartament ta’ isfel, ċeda wara li kienu għaddejjin xi xogħlijiet ta’ skavar fis-sit ta’ kostruzzjoni.
Fuq il-post intbagħtu ħaddiema tal-protezzjoni ċivili biex jassistu lir-residenti fil-blokka. Marru wkoll bosta uffiċjali tal-pulizija u tim mediku mill-isptar Mater Dei biex jgħin lir-residenti għall-qatgħa l-kbira li kellhom fuqhom.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2019/06/13/proset-perit-jiena-ghidtlek-biex-tieqaf-u-int-qed-tkompli-tahdem-2/