Il-Gvern ċar dwar punti li tqajmu f’artiklu dwar ir-riformi mill-Kummissjoni Venezja – One News

Notifiki

Il-Gvern ċar dwar punti li tqajmu f’artiklu dwar ir-riformi mill-Kummissjoni Venezja

Fi stqarrija b’risposta għall-artiklu mill-eks Dekan tal-Fakultà tal-Liġi fi ħdan l-Università ta’ Malta, il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici kkoreġa punti li tqajmu b’rabta mar-riformi mill-Kummissjoni Venezja. Filwaqt li l-Gvern fisser kitbet il-Professur Kevin Aquilina bħala kritika leġittima, saħaq li parir legali li għandu juri biċ-ċar li l-fatt li l-Avukat Ġenerali se jkun preżenti fil-kumitat li jaħtar il-ġudikanti mhuwiex ksur tal-att tal-liġi ta’ Strasburgu.

L-istqarrija mill-Ministeru tal-Ġustizzja żżid tgħid li ż-żewġ kumitati responsabbli mill-ħatriet tal-Avukat Ġenerali u l-Avukat tal-Istat mhumiex se jidħlu bħala parti mit-tibdil fil-Kostituzzjoni kif jgħid Aquilina iżda dawn se jidħlu bħala parti minn emendi fil-liġi li jirregolahom.

Intant kitbet Aquilina kienet użata ferm mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista li issa wara diversi tħambiq ħarġet fil-beraħ li se tivvota kontra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend