Żagħżugħ Għawdxi ta’ tnejn u għoxrin sena ndarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart fi Triq il-Manikata fil-Mellieħa meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Opel Corsa misjuqa minn tfajla ta’ erba’ u għoxrin sena sena minn San Ġwann u mutur tat-tip Kawasaki misjuq minn żagħżugħ ta’ tnejn u għoxrin sena min-Nadur Għawdex.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet liż-żagħżugħ Għawdxi l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.