Sitt irġiel instabu ħatja ta’ stupru, tortura u qtil ta’ tifla Indjana Musulmana ta’ tmien snin.
Il-kadavru tat-tifla, li tappartjeni fi tirbù nomadiku Musulman, instab f’foresta ħdejn il-belt ta’ Kathua f’Jannar tas-sena l-oħra. Dan il-każ qajjem rabja kbira, filwaqt li attira aktar attenzjoni tal-media meta gruppi tal-Hindu lemini pprotestaw dwar l-arrest tat-tmint irġiel.
Tmieni persuni, inkluż eks uffiċjal tal-gvern, erba’ pulizija u minuri kien ġew arrestati u kollha kienu wieġbu mhux ħajta għall-akkużi miġjuba kontrihom. Wieħed mill-akkużati twaqqat l-akkuża fil-konfront tiegħu, filwaqt li l-minuri se jgħaddi ġuri separat.
Il-każ imur lura fl-ewwel jum tas-sena tal-2018 u l-ġisem bla ħajja b’għadd ta’ marki ta’ vjolenza nstab tlett ġimgħat wara. Skont l-investigaturi, it-tifla kienet inżammet f’tempju għal diversi jiem u li kienet ingħatat droga biex tinżamm mitlufa minn sensiha. Kien allegat li ċ-ċkejkna kienet stuprata u ttorturata għal ġranet sħaħ qabel ma nqatlet.
Il-motif wara dan ir-reat makabru kienet xewqa tal-irġiel li jiterrorarizzaw it-tirbù ta’ Gujjars.