Għall-ħabta tas-18.15 inqala’ argument bejn nurmu ta’ nies fi Triq Indri Cilia fil-Ħamrun. Jidher li l-argument inqala’ bejn żewġ familji.
Fuq il-post isejjħu numru ta’ pulizija kif ukoll ambulanza.
Huwa mifhum li kien hemm xi ħadd armat b’sikkina li b’konsegwenza ta’ hekk, raġel spiċċa ferut iżda rrifjuta l-kura medika. Ġew elevati wkoll xi injam li ntuża fil-ġlieda. Il-pulizija ħadet numru ta’ persuni l-għassa għal aktar investigazzjoni.