Id-direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Emanuel Psaila spjega ma’ one.com.mt il-ħidma li saret sabiex tiġi salvata il-mara maqbuda fil-binja ta’ 4 sulari fil-Mellieħa li ġġarfet dalgħodu.
Huwa spjega kif l-operazzjoni kienet delikata ferm peress li kien għad hemm ir-riskju li tisfronda l-kamra tas-sodda, l-unika parti li kienet għada ma ġġarfitx u propju l-kamra fejn kienet il-mara.
Qal ukoll li kien hemm madwar 50 ħaddiem tal-Protezzjoni Ċivili fuq il-post.
http://www.one.com.mt/2019/06/08/ara-il-mument-li-l-haddiema-tal-protezzjoni-civili-jsalvaw-lil-mara-minn-halq-il-mewt/
http://www.one.com.mt/2019/06/08/persuna-maqbuda-taht-it-tifrik-wara-li-waqghet-blokka-residenzjali-fil-mellieha-5/