L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia se jassumi l-funzjonijiet ta’ Aġent President tar-Repubblika skont il-provedimenti ta’ Artiklu 49 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta fl-assenza tal-President George Vella li se jkun qed barra mill-pajjiż u fl-assenza wkoll tas-Sinjura Dolores Cristina li se tkun barra mill-pajjiż fl-istess żmien.
Fi stqarrija tal-gvern ġie spjegat li Artiklu 49 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta jipprovdi li f’dawn iċ-ċirkustanzi jkun l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati li jassumi l-funzjonijiet ta’ Aġent President tar-Repubblika fil-perjodu li l-President ikun qed barra mill-pajjiż.
Anġlu Farrugia se jkun qed jassumi l-funzjonijiet ta’ Aġent President għall-perjodu ta’ bejn l-10 u l-14 ta’ Ġunju.