Nancy Pelosi, l-ispeaker tal-Kungress Amerikan, qalet ċar u tond li tirrifjuta li titkellem kontra l-President tal-Istati Uniti meta tkun barra pajjiżha.
“Dan il-prinċipju tiegħi,” qalet ċar u tond Pelosi meta mitluba tireaġixxi għal kummenti li għamel dwarha Donald Trump waqt intervista fi Franza.
Il-President tal-Istati Uniti, Trump, kien ma’ delegazzjoni tal-kungress Amerikan jimmarka l-anniversarjuta’ dik magħrufa bħala D-Day.
Fin-Normandija, żar ċimiterju fejn hemm midfuna suldati Amerikani.
“Nancy Pelosi – insejħilha Nervous Nancy,” qal Trump li għal darba tnejn iddeskriviha bħala diżastru u vendikattiva.
Mistoqsija dwar dak li qal dwarha l-President Trump, Pelosi qalet li għandha regola ċara dwar li ma tattakax l-avversarji politiċi ta’ pajjiżha barra l-pajjiż. “Ma nitkellimx dwar il-President meta nkun barra pajjiżi,” qalet Pelosi li tkellmet dwar it-tama tagħha għal spirtu ta’ kolaborazzjoni mal-alleati mill-President.