Il-Kordinatur Politiku tal-Partit Nazzjonalista Jean Pierre Debono waħħal fid-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami lill-poplu tas-seba’ distrett ma għandux Deputati Nazzjonalisti min jirrapreżentah fil-Parlament.
Debono qal dan meta kien qed jieħu sehem fil-programm XTRA fuq ix-xandir Nazzjonali. Huwa ammetta li llum in-nazzjonalisti tas-seba’ distrett ma għandhomx min jirrapreżentahom direttament fil-Parlament.
Dan għal fatt li hu kien ċeda s-siġġu tiegħu minn dan id-distrett biex minfloku tela’ l-Kap Adrian Delia. Filwaqt li Fenech Adami bl-insistenza tiegħu u l-barka tal-eżekuttiv Nazzjonalista ċeda s-siġġu tiegħu f’dan id-distrett lill-partit ieħor.
Qal li “Fis-seba’ distrett elett f’isem il-Partit Nazzjonalista llum fil-Parlament fadal biss Beppe Fenech Adami li għad-direttura wara deċizjoni tal-eżekuttiv ċeda postu lil Godfrey Farrugia ta’ Partit ieħor.”
Qal ukoll li diversi persuni mis-seba’ distrett riduh li jieħu dan is-siġġu sabiex ikollhom rappreżentanza Nazzjonalista fil-Parlament. Madankollu l-fazzjonjiet fi ħdan il-Partit bdew juru mod ieħor. Debono ħareġ iżjed fiċ-ċar il-qasma li hemm bejn il-fazzjoni ta’ Delia li hu jagħmel parti minnha u l-fazzjoni tal-Eks Kap Simon Busuttil, li Beppe Fenech Adami jagħmel parti minnha.
Jean Pierre Deboni kompla li “t-tensjoni kompliet tikber u nies jibatul l-messaġġi u jgħiduli dak misruq u ma jmissekx ħadtu int”
Ammetta kif dan kollhu tefa’ lill-Partit Nazzjonalista f’sitwazzjoni agħar milli kien. “Ħoloq iżjed firda u qasma fil-Partit Nazzjonalista”
Il-kordinatur Politiku tal-Partit Nazzjonalista Jean Pierre Debono, kompla jżid li dan kien agħar għax sar wara l-eżitu tal-elezzjonijiet li għaddew. Iddikjara li kien “riżultat diżastruż fl-MEPs u aktar diżastruż fil-Kunsilli Lokali.”
Intant, is-siġġu ta’ Beppe Fenech Adami mis-seba distrett kien ħoloq konfużjoni kbira fi ħdan il-Partit Nazzjonalista sentejn ilhu. Dan hekk kif Fenech Adami kien tela’ mis-seba u t-tmien distrett, iżda ma riedx iwaqqa’ t-tmien wieħed għax kien qal li għal snin twal dak id-distrett kien marbut mal-kunjom Fenech Adami.
Id-diskussjoni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista kienet qalet li jekk Fenech Adami jwaqqa s-seba’ distrett, jidħol fiċ-ċans Godfrey Farrugia, kif filfatt kien ġara.