Notifiki

BIL-FILMAT: “Culhat al belt” – Wirja li tfakkar il-mitt sena mis-Sette Giugno

L-għaqda u l-pożittività tal-Maltin kienu l-fatturi ewlenin li waslu sabiex qamu kontra l-qawwa Ingliża f’Ġunju tal-1919. Żewġ fatturi li l-poplu għadu jemmen fihom mitt sena wara, u għalhekk dejjem mexa ‘l quddiem.

Dan kien il-messaġġ prinċipali tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt il-ftuħ ta’ wirja fil-Bini tal-Parlament, li qed tikkomemora l-ġrajjiet li seħħew mitt sena ilu.

Il-wirja “Kulħadd Għal Belt” qed tfakkar il-mitt sena mill-irvellijiet tas-Sette Giugno, u ttellgħet fil-Parlament bħala simbolu tal-ewwel Parlament li fih il-Maltin kellhom sehem, dak tal-1921.

Din il-wirja hija maqsuma fi tliet partijiet; fl-ewwel biċċa jinsabu dokumenti miktuba min politiċi u Maltin qabel l-irvellijiet tas-7 ta’ Ġunju, fosthom ta’ Manwel Dimech, Nerik Mizzi u ta’ studenti universitarji li lkoll qamu kontra l-ħakma Ingliza.

Parti oħra, turi dokumentarju ta’ x’ġara eżatt nhar is-7 ta’ Ġunju 1919, u l-aħħar parti turi l-kosgewenzi kollha li għaddew minnhom il-Maltin.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li l-poplu Malti jirrifletti dak li għadda tul dawn l-aħħar mitt sena, fejn ingħata d-dritt tal-vot li n-nisa u l-irġiel kollha fl-1947. Semma’ kif fil-Parlament m’hemmx rappreżentazzjoni denja ta’ nisa, xi ħaġa li qiegħda fil-fażi finali ta’ konsultazzjoni pubblika.

Semma’ wkoll li f’inqas minn ġimgħatejn ilu, pajjiżna kompla jżid l-istorja ta’ demokrazija, hekk kif żagħżagħ ta’ 16-il sena vvutaw għall-ewwel darba fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali. L-Ispeaker innota kif il-midja għandha sehem importanti fid-demokrazija u għalhekk għandha tirrapporta kollox b’mod veritier u onest.

Il-wirja Kulħadd għal Belt ittellgħet grazzi għal kollaborazzjoni mil-Parlament, mill-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Heritage Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend