F’dawn il-jumejn, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għamel numru ta’ laqgħat mal-Malta Union of Teachers li matulhom ġew diskussi il-punti fuq is-sitwazzjoni ta’ load ta’ 25 lezzjoni tal-għalliema tal-Malti u tal-Matematika.
one.com.mt jinsab informat li l-Ministeru kkonferma li l-eżamijiet ta’ dawn iż-żewg suġġetti fil-livell medju u sekondarju se jsiru kif previst u skont it-timetables maħruġa mill-iskejjel.
Fl-istess waqt jinsab informat li għad m’hemmx qbil fuq id-direttiva bejn il-Ministeru u l-MUT. Id-direttiva se tibqa’ fis-seħħ minħabba li l-union m’aċċettatx l-aħħar offerta min-naħa tal-Ministeru. Minkejja dan, il-Ministeru kien u għadu juri rieda tajba biex fiż-żmien li ġej jkomplu d-diskussjonijiet biex jinstabu soluzzjonijiet konkreti għall-ġid tat-tfal.