L-‘El Chapo’ kien qed jirċievi telefonati minn ħabsin qabel l-arrest – One News

Notifiki

L-‘El Chapo’ kien qed jirċievi telefonati minn ħabsin qabel l-arrest

L-Erbgħa filgħodu kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-kofront ta’ Jordan Azzopardi jew hekk kif inhu mgħaruf bħala l-El Chapo ta’ Malta, fejn qed jaffaċċja ħmistax-il akkuża, fosthom traffikar tad-droga eroina u kokaina u użu ta’ flus foloz.

Fil-Qorti, quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke, illum xehed L-ispettur Mark Mercieca mill-iskwadra ta’ kontra d-droga fejn spjega kif fl-investigazzjoni talab in-numri ta’ persuni li jinsabu l-ħabs u li għamlu telefonati fuq numri li huma ta’ Jordan Azzopardi.

Fl-aħħar tas-seduta l-Avukat difensur, Alfred Abela, saħaq li ma hemmx provi biżżejed sabiex Azzopardi jibqa’ jinżamm arrestat. Intant il-Qorti ser tkun qed tiddeċidi għall-ħelsien mill-arrest fis-sigriet.

Il-kawża ġie diferita għall-ġimgħa d-dieħla.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend