Id-Deputat Nazzjonalista Għawdxi Fredrick Azzopardi irid lill-kandidat Għawdex Kevin Cutajar jieħu s-siġġu parlamentari ta’ David Stellini.
Kevin Cutajar, ikkontesta l-elezzjoni ġenerali fuq it-tlettax-il distrett u flimkien mal-kordinatur politiku Jean Pierre Debono wera l-interess tiegħu f’dan is-siġġu.
Wara l-allegat tbgħabgħis fl-elezzjoni tal-ezekuttiv minn Jean Pierre Debono, fl-elezzjoni bejn Cutajar u Jean Pierre Debono, Debono kien kostrett ma jaċċettax is-siġġu li rebaħ b’zewġ voti.
Wara din id-deċiżjoni, Cutajar kiteb lis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli u talbu jinformah kif se jmexxi l-partit issa li l-uniku persuna li għadha bl-interess li jimla’ s-siġġu parlamentari huwa hu.
Mistoqsi minn ONE NEWS dwar it-talb li għamel lil Puli, Cutajar li qal li qed jistenna risposta, ma kkummentax.
Min-naħa tiegħu, id-deputat Nazzjonalista Fredrick Azzopardi qal li s-siġġu ta’ Stellini għandu jieħdu Kevin Cutajar.
Il-viċi kap Nazzjonalista David Agius qal li se jitkellem fil-Partit Nazzjonalista.
Intant sorsi fil-Partit Nazzjonalista qalu li t-tmexxija Nazzjonalista qed tkompli ttawwal il-proċess biex tlaqqa’ mill-ġdid l-eżekuttiv tal-partit Nazzjonalista biex tiddeċiedi min għandu jieħu s-siġġu ta’ Stellini.
L-istess sostna li l-fazzjoni tal-Kap Adrian Delia ma tridx lil Cutajar fis-siġġu parlamentari ta’ Stellini minħabba li hu meqjus persuna oħra qrib il-fazzjoni tal-ex kap Nazzonalista Simon Busuttil.