Il-fazzjoni tal-eks kap Simon Busuttil qabdet żewġ votanti Għawdxin sabiex jippreżentaw protest ġudizzjarju fil-konfront tas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli sabiex iwaqqfu lil Jean Pierre Debono milli jieħu s-siġġu parlamentari ta’ David Stellini li ġie elett minn Għawdex. Fil-protest ġudizzjarju huma rrimarkaw li Jean Pierre Debono seraq dan is-siġġu lil Għawdxin b’qerq.
sostnew li l-ħadd filgħaxija ġie allegat lil Jean Pierre Debono bagħbas il-lista tal-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista u daħħal fiha lil David Stellini u lit-tezorier tal-Partit Nazzjonalista David Camilleri sabiex ikunu jistgħu jivvutawlu biex jieħu siġġu ta’ stellini. Filfatt Jean Pierre Debono ħa s-siġġu bi zbrixx b’zewġ voti. Huwa ġab 42 vot u Kevin Cutajar ġab erbgħin vot.