Il-Pulizija arrestat żewġ persuni – x’aktarx ta’ nazzjonalità barranija – wara allegat serqa minn residenza fi Triq San Ġwann fil-Fgura.
Il-każ seħħ is-Sibt filgħaxija għall-ħabta tad-21:30.
Sorsi qalu ma’ one.com.mt li l-arresti saru mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit wara sejħa li kellhom dwar din is-serqa.