Raġel ta’ 38 sena minn Ħal Tarxien inżamm arrestat wara tressaq il-Qorti akkużat li stupra lil martu u li kien fil-pussess ta’ droga kokaina.
Id-difiża qalet li l-koppja, minkejja li kienet għaddejja minn proċeduri ta’ separazzjoni, baqgħet tgħix fl-istess residenza u torqod fl-istess sodda.
Intant l-avukat difensuri qalu li wara li saru t-testijiet mediċi, irriżulta li ma kien hemm ebda sinjal ta’ tbenġil jew marki.
L-akkużat wieġed mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu bil-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest hekk kif il-vittma għadha trid tixhed.