Żagħżugħ t’20 sena li jgħix Imsida weġġa’ gravi wara inċident bil-mutur.
Fi stqarrija l-pulizija qalet li għal ħabta tal-erbgħa u għoxrin ta’ wara nofsinhar kienet infurmata li fi Triq il-Kosta fin-Naxxar seħħ inċident.
Jidher li ż-żagħżugħ li kien qed isuq mutur tat-tip Kawasaki tilef il-kontroll u waqa’.
Ambulanza ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.