Minn tal-inqas 12-il persuna nqatlu u għexieren oħra ndarbu wara li raġel fetaħ in-nar fuq il-kollegi tiegħu f’binja tal-gvern f’Virginia fl-Istati Uniti.
Il-każ seħħ max-xatt tal-bajja f’Virginia u kien l-agħar inċident b’arma tan-nar fl-Istati Uniti minn Novembru li għadda ‘l hawn meta nqatlu wkoll tnax-il persuna, dik id-darba f’Los Angeles minn raġel li mbagħad qatel lilu nnifsu.
Erba’ uffiċjali tal-pulizija sparaw lir-raġel li sussegwentament ġie ddikjarat mejjet l-isptar.