ARA: Tiftaħ l-ewwel fiera għall-intrapriżi f’Għawdex – One News

Notifiki

ARA: Tiftaħ l-ewwel fiera għall-intrapriżi f’Għawdex

Tiftaħ l-ewwel edizzjoni tal-Gozo Business Expo. Din l-expo qed tikkumplimenta l-viżjoni tal-Gvern li qed jaħdem biex Għawdex ikun mutur ekonomiku fit-tkabbir li qed jesperjenza pajjiżna. Din il-fiera nfetħet uffiċjalment mill-Ministru għal Għawdex, Justyne Caurana.

Hija rrimarkat li l-Ministeru għandu rwol importanti li jixpruna l-investiment u jwitti t-triq biex aktar azjendi jistabbilixxu l-operat tagħhom f’Għawdex.

“Għall-ewwel darba f’Għawdex qed norganizzaw il-Gozo Business Expo, kif ukoll il-Gozo Business Awards. Fejn l-idea wara dawn l-inizjattivi huwa li nippromwovu lil Għawdex bħala destinazzjoni wkoll kummerċjali.”

Din il-fiera qed toffri esperjenza unika għall-intrapriżi żgħar u medji biex flimkien taħt saqaf wieħed jaqsmu l-esperjenzi tagħhom. Il-Ministru Caruana spjegat li bl-inizjattivi ġodda li addotta l-Gvern attira industriji li qabel ma kienux jaraw Għawdex bħala alternattiva oħra.

“Matul dawn l-aħħar xhur ukoll investejna bis-sħiħ mhux biss f’żoni kummerċjali, imma wkoll diversi pakketti finanzjarji u inċentivi fiskali biex ukoll ikun hemm ingaġġ ta’ ħaddiema u investiment fir-riżors uman però wkoll investiment massiċċ fejn tidħol il-konnettività u kif ukoll anke noħolqu mezzi kif il-komunità kummerċjali tkun tista’ tamplifika l-operat tagħha ġewwa Għawdex.”

Fl-aħħarnet il-Ministru għal Għawdex qalet li qed jiġu indirizzati l-isfidi tal-konnettività bejn Malta u Għawdex fuq diversi binarji, fosthom is-servizz tal-ħelikopter.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend